About

Waqaft nosserva rigal ċkejken li ftit ġranet ilu qlajt…..żerriegha magħluqa ġo borża tad-drapp, mgħaddsa ġo l-ilma, u bi ftila li permezz tagħha tibqa’ tixrob l-ilma ftit ftit. Bqajt kuljum inħares lejn dan ir-rigal u nistenna x’ħa jiġri, nistenna li nara xi bidla.

 Għall-ewwel ma rajt xejn u kważi kont se narmi kollox.  Imbagħad innutajt li żerriegħa waħda bdiet tnibbet, iktar tard bdew oħrajn u għad fadal ħafna iktar żerriegħa li għadha moħbija tistenna, u magħha nistenna jien ukoll, li jasal il-waqt li jnibbtu LKOLL.

 Din iż-żerriegħa tkompli tikber u tizviluppa fis-skiet, mingħajr ħadd ma jinduna li qed tikber, iżda bil-kundizzjonijiet tajba madwarha li jgħinuha.

 F’dan ir-rigal jien nara ċar ħafna, r-rwol tagħna l-edukaturi u tagħkom il-ġenituri, mat-tfal li huma ż-żerriegħa afdata f’idejna. Żerriegħa ċkejkna, moħbija, iżda  b’potenzjal qawwi ħafna. Żerriegħa li qed tistenniena noffrulha kundizzjonijiet tajba biex tista’ tikber, tiżviluppa u tasal fejn għandha tasal, l-iżvilupp sħiħ tagħha. Żerriegħa li qed titlobna biex nieħdu paċenzja biha u ma nwarbuhiex  meta r-rizultati ma jidhrux mil-ewwel. Żerriegħa li qed titlobna ma nqabbluhiex ma’ zerriegħat oħra li hemm jikbru ħdejha, iżda napprezzawha għal dak li hi.

  Dawn it-tfal li llum għandna f’idejna huma dawk l-istess li għada iridu jkunu qed ifejqu, qed jgħallmu, qed imexxu l-qrati, qed imexxu l-pajjiżi, qed imexxu l-Knejjes tagħna,  qed jibnu l-familji u s-soċjeta` Maltija, Ewropeja u dinjija. Huma dawk li ma jitgħallmux lkoll l-istess, bl-istess mod u fl-istess ħin. Huma dawk li fihom hemm ħiliet kbar u li jekk aħna nidfnuhom jintilfu għal dejjem.

 U hu proprju għalhekk li l-missjoni tagħna hi waħda delikata ħafna.  Is-suċċess tax-xogħol tagħna mhux wieħed li jista’ jitkejjel illum.  Is-suċċess tax-xogħol tagħna jkejlu ħaddieħor.  Xogħolna hu biss li  bil-paċenzja kollha nagħrfu l-valur u l-kapaċitajiet diversi li hemm f’kull wieħed u waħda mit-tfal tagħna u ngħinuhom ħalli wara li huma wkoll jiskopru lilhom infushom, jiżviluppaw il-ħiliet kollha tagħhom ħalli jirnexxu lkoll.

 Jalla li aħna lkoll nagħrfu din ir-responsabilta kbira li għandna u jalla dawn it-tfal li llum qed imissu magħna għad jgħidu dak li qal awtur anonimu li aħna l-edukaturi konna għalihom bhal “dik ix-xemgħa li nħliet hi biex tat id-dawl lilhom”.  Dan nixtieq u nitlob għalija nnifsi, għall-għalliema tagħna u għalikom ġenituri li f’idejna għandna din ir-riżorsa hekk prezzjuża li hi l-futur tad-dinja tagħna

A. GENERAL INFORMATION

 clip_image002

 

Name of School:

 ‘St Theresa College, Sta. Venera Primary ‘C’

College Principal- Mr. Frank Fabri.

State  School in St Theresa College.

Primary School: Age Range: 3 years up to 11 years

School Population: Boys: 264  Girls: 230 Total: 494(as on June 2008)

B. PHYSICAL ASPECT

 

The school is situated in Fleur De Lys Junction near the Go (ex Maltacom) Exchange.  It is a complex which included St  Theresa College  Boys’ Secondary School.