Comenius Mobility

Għeżież ġenituri u studenti,

Bħal ma tafu, il-proġett ta’ Comenius li fih qed tieħu sehem l-iskola tagħna dieħel għat-tieni sena tiegħu.  Matul is-sena skolastika 2013-2014 se jerġa’ jkollna żewġ okkazzjonijiet fejn studenti u għalliema se jkollhom l-opportunita’ ta’ esperjenza barra minn Malta.  F’Ottubru sejrin is-Slovakkja u f’Ġunju sejrin l-Olanda.

Għalhekk min hu interessat li jingħaqad magħna f’waħda minn dawn l-esperjenzi, tajjeb li jikkuntattjani fuq l-imejl bernardo.riolo@ilearn.edu.mt jew mowbajl 77424442 sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa, 9 ta’ Awwissu.  Mhux se jiġu kkunsidrati imejls jew telefonati wara dik il-ġurnata għax irridu nagħmlu l-arranġamenti meħtieġa f’qasir żmien.

Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom

0 Response to “Comenius Mobility”


  • No Comments

Leave a Reply