Monthly Archive for September, 2013

Il-Proġett Tal-Akwadott

Dan il-proġett tax-xjenza sar mat-tfal tal-Ħames sena fil-lezzjonijiet tax-xjenza.

Il-proġett kellu l-għan li jibnu akwadott billi jużaw stikkek u nofs katusi sabiex jwasslu l-ilma minn post għal-ieħor.

It-tfal tgħallmu dwar l-importanza li l-bniedem idawwar il-mod kif l-ilma jnixxi u jċarċar u kif dan jista jinġabar u jitmexxa fejn hu meħtieġ permezz t’ akwadott.

l-apparat li ntuża ġie mibni u pprovdut miċ-Ċentru Tax-Xjenza ġewwa Pembroke.

Dan kien jikkonsisti f’katusi tal-plastik isserrati min-nofs tat-tul tagħhom, u b’hekk iffurmaw ħwiet twal u dojoq. Wara, dawn kienu sserrati f’biċċiet żgħar ta’ madwar 50 ċentimetru l-wieħed.

It-tfal kellhom jibnu struttura tal-injam permezz tal-istikkek u jpoġġu l-pajpijiet fuqhom. Wara kellhom jitfgħu l-ilma minn naħa sabiex jasal san-naħa l-oħra.

Għal bidu it–tfal ħadmu fi gruppi t’ erbgħa jew sitta  iżda wara kellhom jingħaqdu f’tijm wieħed sabiex jġonġu l-pajpijiet f’akwadott wieħed u twil.

l-istudenti tgħallmu u ħadu gost ħafna. Tgħallmu aktar dwar ix-xjenza u l-istruttura, dwar t-trasport tal-ilma, dwar l-importanza tal-akwadott ta Santa Venera, kif ukoll kellhom opportunita’ jaħdmu aktar bħala tijmijiet kif ukoll bħala tijm wieħed.

Meeting For Parents Yr 4 – Yr 6

September 12, 2013
6:00 pmto8:00 pm

Meeting For Parents Yr 1 – Yr 3 in Hall

September 11, 2013
6:00 pmto8:00 pm

Meeting for Parents Kinder 1 & 2 Hall

September 10, 2013
6:00 pmto8:00 pm

Comenius Mobility

Għeżież ġenituri u studenti,

Bħal ma tafu, il-proġett ta’ Comenius li fih qed tieħu sehem l-iskola tagħna dieħel għat-tieni sena tiegħu.  Matul is-sena skolastika 2013-2014 se jerġa’ jkollna żewġ okkazzjonijiet fejn studenti u għalliema se jkollhom l-opportunita’ ta’ esperjenza barra minn Malta.  F’Ottubru sejrin is-Slovakkja u f’Ġunju sejrin l-Olanda.

Għalhekk min hu interessat li jingħaqad magħna f’waħda minn dawn l-esperjenzi, tajjeb li jikkuntattjani fuq l-imejl bernardo.riolo@ilearn.edu.mt jew mowbajl 77424442 sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa, 9 ta’ Awwissu.  Mhux se jiġu kkunsidrati imejls jew telefonati wara dik il-ġurnata għax irridu nagħmlu l-arranġamenti meħtieġa f’qasir żmien.

Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom

Farewell Year 6

All good things come to an end, and it was time to bid farewell to our Year 6 students. The activity started off with mass, followed by a mini concert by our Year 6 students, with songs, dances and also jokes. A small party ensued.

We wish you all the best and hope that you will cherish all the memories at our school.

You will all be missed