Monthly Archive for April, 2011

Walking Bus

Matul din il-gimgha li ghaddiet l-iskola primarja Santa Venera organizzat Walking Bus. Wara li sar studju mill-istudenti tal-Kunsill tal-iskola dwar liema mezz ta trasport juzaw l-istudenti biex jigu l-iskola indunaw li madwar 150 tifel u tifla jigu l-iskola permezz tal-karozzi privati. Ghalhekk harget l-ideja li tigi organizzata din il-walking bus. Ir-rotot gew mahluqa apposta biex jigu agevolati dawn l-istudenti. Genituri hadu hsieb li jmexxu r-rotot u genituri ohrajn hadu hsieb jigbru l-basktijiet tal-iskola tat-tfal, halli dawn ikunu jistghu jimxu minghajr toqol. F’idejhom l-istudenti garrew kartelluni favur l-ambjent. Matul ir-rottot kien hemm Puluzija u Wardens halli jikkontrollaw it-traffiku. It-tfal kienu kollha lebsin bibs apposta. Din il-Walking Bus kienet parti minn progett HSBC-EC Climate Initiative project li fih l-iskola taghna qed tippartecipa.